Kompetizzjoni - Enemalta Corporation

advertisement
Edizzjoni 51
Magazin għall-ħaddiema.
Marzu 2008
Kompetizzjoni
Irbaħ Mobile Phone
Iktar dettalji - Paġna 3
Messaġġ taċ-Chairman
Il-Korporazzjoni
Enemalta
temmet
b’suċċess
sena
mimlija
attivita’,
fejn iċċelebrajna 30 sena li fihom ilKorporazzjoni waslet l-enerġija fid-djar u lindustriji tal-gżejjer Maltin. Ċertament dan
għen sabiex it-tkabbir ekonomiku tal-pajjiż
ikompli jieħu spinta ‘l quddiem. Is-sena
2007 rat ukoll il-bidu ta’ inizjattivi f’żewġ
setturi primarji: it-tkabbir tal-kapaċita’ li
niġġeneraw l-elettriku lokalment; kif ukoll
l-introduzzjoni ta’ numru ta’ proġetti pilota
li jiġġeneraw l-elettriku mix-xemx u mirriħ.
Jiena qed inħares lejn is-sena 2008 bħala ssena li fiha naraw li dawn l-inizjattivi jibdew
jagħtu l-frott mixtieq. Huwa mistenni li
din is-sena l-Korporazzjoni tikkonkludi
l-għażla ta’ impjant ta’ ġenerazzjoni ġdid
fil-Power Station ta’ Delimara, il-proċess
ta’ kummercjalizazzjoni tad-diviżjoni talGass, kif ukoll tal-Petroleum u tittieħed
deċiżjoni dwar il-konnessjoni bejn Malta
u Sqallija.
Għaldaqstant jiena qed nistenna li ssena 2008 tkun sena importanti, li
fiha jittieħdu deċiżjonijiet li bihom lEnemalta tidħol f’fażi oħra ta’ żvilupp,
fl-istess waqt ghandna nżommu quddiem
għajnejna numru ta’ direttivi regolatorji
u sfidi ambjentali li ser niffaċċjaw bħala
Korporazzjoni.
Apparti in-numru ta’ deċiżjonijiet relatati
mal-enerġija u l-istruttura li għandna
nieħdu fl-2008, jiena nħares ukoll lejn kif
nistgħu ntejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol
għall-impjegati. Nirrimarka b’sodisfazzjon
li wasalna fi ftehim mal-EPOU u li
ffirmajna l-ftehim kolletiv għall-impjegati
professjonali tagħna. Nixtieq ukoll li
fil-futur qarib nikkonkludu u niffirmaw
b’ success il-ftehim kollettiv gdid malGWU.
Il-qafas tal-ftehim juri stil ġdid kif ilKorporazzjoni ser tibda titmexxa u topera
internament. Jiena sinċerament nawgura
li permezz ta’ dawn il-metodi moderni ta’
tmexxija, naslu sabiex ikollna relazzjonijiet
aħjar bejn il-ħaddiema u l-management,
sabiex b’hekk jinbeda l-proċess ta’
trasformazzjoni li l-Korporazzjoni ser
tiffaċċja fl-għaxar snin li ġejjin.
Nixtieq li kull impjegat ta’ l-Enemalta
jħossu parti mill-proċess ta’ bidla. Niftakru
li kull proċess ta’ trasformazzjoni jġib
miegħu sfidi, iżda aħna rridu nkunu lesti li
nkunu b’saħħitna sabiex bi professjonalita’
u tmexxija strateġika naslu flimkien.
Nawguralkom!
Ing. Alexander J. Tranter
Chairman
Delimara-Marsa South Tunnel inaugurated
Minister for Investments, Industry & Information Technology
Hon. Dr. Austin Gatt and Enemalta Chairman Ing. Tranter visited
an eight kilometer tunnel that is now linking Delimara Power
Station to Marsa South Distribution Centre.
In a comment Ing. Tranter compared this project to a central
nervous system in which Malta’s electricity distribution will start
at Delimara Power Station which is to be Malta’s primary power
generation facility stretching out to Marsa South Distribution
Centre whilst other major arterial branches also link to Zejtun and
Marsascala Distribution Centres. The latter will also be supplying
the Smart City project.
Hon. Dr. Austin Gatt said that this investment shows a commitment
by the Maltese government to guarantee a reliable supply of
Chairman speaking with journalists inside the tunnel.
Minister and Chairman addressing a press conference at Marsa
South D.C.
electricity which paired with another substantial investment in
alternative energy sources should ensure that Malta adheres to
European Union predefined standards.
Enemalta employees started to lay four 132kv electricity
distribution cables and everything will be completed by the end
of the year. The 132kv cable costs Euro 302.82 to Euro 349.41
(Lm130 to Lm150) per metre, this means that it is more cost
effective to run the cables underground in a straight line rather
than run the cables above ground with the added advantage of not
having to disturb anyone whilst digging the roads.
2
ħarġa nru. 51
Editorjal
Edizzjoni 51
Magazin għall-ħaddiema.
Marzu 2008
Nixtieq ukoll li jkun hemm iktar parteċipazzjoni
mill-impjegati f’dan il-magazin u għalhekk
nistedinkom sabiex tibagħtu materjal u ritratti fuq
l-imejl ian.vella@enemalta.com.mt
Bord Editorjali Ġdid.
Is-sena 2008 ġabet tibdil fil-Bord Editorjali
tal-magazin Eneinfo, nilqgħu magħna
lill-Josette Micallef, Joseph Giuliano,
Noel Apap u l-Inġ. Spiru Grima filwaqt li
Anton Azzopardi u l-Inġ George Portelli
ser ikomplu jaqsmu magħna l-esperjenzi
siewja tagħhom għal din is-sena wkoll.
Nixtieq nirringrazzja lill-membri tal-bord
editorjali tas-sena 2007 - Doreen Camilleri
(Chairperson), Antoine Busuttil, Paul
Pisani u l-Inġ. Josephine Vella.
Din is-sena ser ikun hemm xi tibdil filmagazin fejn ser nibdew inżuru sezzjonijiet
differenti tal-Korporazzjoni u nipprovaw
naqbdu dawk il-mumenti fil-ħajja ta’
l-impjegati waqt ix-xogħol tant siewi
tagħhom. Nixtieq ukoll li jkun hemm
iktar parteċipazzjoni mill-impjegati f’dan
il-magazin u għalhekk nistedinkom sabiex
tibagħtu materjal u ritratti fuq l-imejl
ian.vella@enemalta.com.mt
Esperjenza.
Dan l-aħħar wasal fit-tmiem tiegħu l-proġett
tat-tħaffir ta’ mina bejn il-Power Station ta’
Delimara u ċ-Ċentru ta’ Distribuzzjoni talMarsa. Jiena kelli l-opportunita’ li ngħaddi
minn din il-mina li hi twila 8 kilometri u ser
tintuża sabiex jitwasslu cables tal-132kV
mill-Power Station ta’ Delimara għaċċentru ta’ Malta. Il-mina hi wiesgħa 5
metri u hemm bankini għoljin tal-konkos li
minn fuqhom ser jgħaddu l-cables filwaqt
li jifdal biżżejjed spazju sabiex jgħaddi
vann żgħir li jkun jista’ jġorr l-impjegati
tal-Korporazzjoni sabiex jibdew ix-xogħol
fuq it-tqegħid tal-cables u l-manutenzjoni
li jista’ jkun hemm bżonn iktar 'l-quddiem.
Il-permess għax-xogħol fuq din il-mina
inħareġ fit-12 ta’ Jannar 2001 u t-tqattiegħ
tal-blat beda minnufih. Innotajt li biex
għaddejna fil-mina minn naħa għalloħra domna inqas minn kwarta. Il-Perit
Scicluna li kien miegħi informani li l-mina
tinsab f’livelli differenti taħt l-art li jvarjaw
minn 10 metri u saħansitra l-mina tibqa’
niżla sa 40 metru taħt l-art.
Il-vantaġġi prinċipali ta’ din il-mina huma
li l-impjegati tal-Korporazzjoni jistgħu
jaħdmu bil-kumdita’ mingħajr ma jtellfu ttraffiku tal-karozzi fejn normalment dawn
il-cables tal-132kV kien ikollhom jgħaddu
minn arterji prinċipali.
Ian Vella
Editur
Kompetizzjoni:
Irbaħ Mobile Phone
Id-domanda li għandkom tirrispondu
hija:
X’nistgħu nagħmlu biex
intejbu l-magazin Eneinfo?
L-aħjar suġġeriment li jintagħżel millBord jirbaħ Mobile Phone u r-rebbieħ u
l-aħjar suġġeriment jitħabbar fl-edizzjoni
li jmiss.
Ir-Risposti għandhom jaslu sa’ mhux
aktar tard mis-7 ta’ Mejju 2008 fl-
uffiċju ta’ Noel Apap, l-ewwel sular Bini
Amministrattiv Marsa jew permezz ta’
imejl fuq noel.apap@enemalta.com.mt
(telefon 22980 344)
Flimkien mar-risposta għandu jinkiteb lisem ta’ l-impjegat, PIN number, sezzjoni
u numru tat-telefon fejn l-impjegat jista’
jiġi kkuntattjat.
Il-kompetizzjoni hija miftuħa għallimpjegati ta’ l-Korporazzjoni Enemalta.
Membri tal-Bord Editorjali ta’ l-Eneinfo
ma jistgħux jieħdu sehem.
Kompetizzjoni
Irbaħ Mobile Phone
Iktar dettalji - Paġna 2
Kontenut
Ian Vella, Editur
ian.vella@enemalta.com.mt
Ir-ritratt li qed jidher fil-faċċata ġie meħud minn Mark
Magro u jeżebixxi kif għandu jintlibes l-ilbies protettiv
fuq xogħol ta’ linji. Iktar informazzjoni fuq il-korsijiet
relatati fuq is-Saħħa u Sigurta’ fuq il-post tax-xogħol jinstabu fil-paġni tan-nofs.
Kull min għandu xi ritratt interessanti u jixtieq li jiġi
ppublikat fil- magazin Eneinfo nitlobkom tibagħtuh fuq
imejl ian.vella@enemalta.com.mt
2
Messaġġ taċ-Chairman
3
Editorjal
4
In-Nannu Ċikk jistaqsi…
5
Niltaqgħu ma’ Lucia Aquilina
6
Celebrating 1148 years of service to Enemalta
7
Saħħa u Sigurta’
8-9
L-Attivita’ fiċ-Ċentru Ta’ Taħriġ
Delimara - Marsa South Tunnel inaugurated
Kompetizzjoni
Introduzzjoni ta’ Web Portal fil-
Korporazzjoni
Environment friendly working space inaugurated
10-11 Bla Kummenti
12
Fond Ħaddiema Enemalta
Chairman Meetings
13-14 Htieġa ta’ Enerġija li Tiġġedded
14
Enemalta and EPOU sign collective agreement
15
Welfare
Ringrazzjamenti
16
Magazines qodma
Santa
Party tal-Milied għat-tfal ta’ l-
Impjegati tal-Korporazzjoni
Disclaimer: Eneinfo is a quarterly in-house Journal
of Enemalta corporation. All views expressed herein
are those of the author and do not necessarily reflect
Enemalta’s opinion.
Designed & Produced by Dormax
Editor: Ian Vella
Creative Production Team: Anton Azzopardi, Noel
Apap, Joe Giuliano, Ing. Spiru Grima, Josette Micallef,
Ing. George Portelli
ħarġa nru. 51
3
In-Nannu Ċikk jistaqsi…
Ing. Spiru Grima
“dik ir-raddiena – wind turbine biex inkunu
eżatti, hija esperiment biex ikollna idea jekk
hux vallapena nagħmlu salt minnhom kbar.”
“Ara veru hawn min iġibha bi kbira!”
qal seħibna Ċikku, waqt li kien fuq ilbejt jonxor il-ħasla ma’ neputih Twanny. “Kellhom għalfejn iġibuha fuq laħbarijiet għax għamlu raddiena ddur
bir-riħ, biex tixgħel ftit bozoz? Mela
zijuwi Karmnu x’kien imissu għamel
kull meta kien jibni raddiena biex itella’
l-ilma? Iġib il-ġurnalisti mill-Ewropa? U
dak il-liżar għamillu aktar labar, Twan,
għax joħodulna r-riħ u jispiċċa malkampnar!”
esperiment biex ikollna idea
jekk hux vallapena nagħmlu
salt minnhom kbar.”
“Qed tara kemm hu b’saħħtu r-riħ, Nann!
Anki inti tibża’ minnu! U dik ir-raddiena għalhekk għamluha – biex jieħdu
l-enerġija mir-riħ u nnaqqsu ftit millispejjeż tal-pajjiż, barra milli nnaqqsu
d-duħħan li qed isaħħan lid-dinja.”
“U mela le, Nann,” wieġbu neputih,
“midħna kbira tkun għolja xi għoxrin sular, b’kull paletta twila daqs bini ta’ tmien
sulari. Imbagħad insibu li ma jaqblilniex.
Mur oqgħod bi lsienek kieku!”
“ U ejja Twan, qed nara d-dinja tiksaħ
malli bdiet iddur! Għax tgħid, iffriskat
l-arja fuq il-bejt. Ejja ’l isfel ħa nieħdu
ftit tè.”
“Nann”, kompla Twanny, waqt li sakkar
il-bieb tal-bejt minn ġewwa, u beda nieżel
it-taraġ wara nannuh, “dik ir-raddiena
– wind turbine biex inkunu eżatti, hija
“Mela għax ma għamlux
il-kbira mill-ewwel? Dan
mhux kollu xogħol żejjed? ”
kompla Ċikku, li donnu beda
jinteressa ruħu. “Bl-istess argument, kien imisshom bnew
kappella qabel bnew il-knisja
tal-Mosta!”
“Għoxrin sular?” wieġbu Ċikku, waqt
li waqaf, b’idu fuq il-poġġaman u ħares
lura – “mur arahom kemm ikunu sbieħ
jagħqdu”.
“Ma jagħqdux ħafna Nann, anzi, iduru bil-mod. Biss biss kieku kellhom
jagħqdu ħafna il-paletti jinqasmu u jtiru.
Iduru bil-mod u għandhom ingranaġġ li
jdawwar il-generator.”
“U kemm tagħmel dawl?”
“Waħda kbira hekk tagħmel biżżejjed
elettriku għal raħal żgħir, ngħidu aħna
mitt familja. Naturalment sakemm
johfoħ ir-riħ!. Għalhekk l-għan prinċipali
tagħhom hu li jnaqqsu l-konsum taż-żejt
fil-power station, mhux li nkunu niddependu fuqhom.”
“Fhimtek Twan. Speċi, kif ngħidu: kull
qatra tgħodd,” wieġeb Ċikku, f’mument
rari ta’ serjetà, waqt li xegħel il-kitla biex
jagħmel it-tè. “U qed niftakar – malli
tieħu t-tè mur biddilli dak il-vit tal-bitħa
għax ilu jqattar mill-Milied u issa jien se
noqgħod ngħodd kull qatra!”
Introduzzjoni ta’ Web Portal fil-Korporazzjoni
Portal.
L-Intranet ta’ l-Enemalta
huwa maħsub sabiex jipprovdi
informazzjoni dwar
ilKorporazzjoni
billi
juża
sistema ċentralizzata. Dan ser
ikun simili għall-websajt ta’
l-Enemalta iżda ser jipprovdi
iktar informazzjoni relevanti
sabiex tintuża internament.
L-intrantet tal-Korporazzjoni
Bħala parti mill- pjan ta’ ristrutturar ta’ linformatika fil-Korporazzjoni Enemalta,
ġie mniedi Web Portal għall-impjegati
kollha. Internet Kiosks qed jiġu nstallati
wkoll f’postijiet ċentrali fil-Korporazzjoni
fejn impjegati manwali ser ikunu jistgħu
jużaw il-Web Portal. Iċ-ċirkolari mhux
ser jibqgħu jintbagħtu bl-imejl iżda ser
jibdew jiġu ppubblikati online fuq il-Web
4
ħarġa nru. 51
Fuq il-Web Portal wieħed
jista’ jsib dokumenti u
applikazzjonijiet relatati ma’ sezzjonijiet
varji. Verżjoni elettronika ta’ l-Eneinfo,
avviżi, attivitajiet u prezzijiet taż-żejt ser
ukoll ikunu ppublikati online. L- indirizz
elettroniku huwa http://intra.enemalta.lan
u wieħed jista’ juża dan il-portal minnetwork tal-Korporazzjoni.
Bħala proġett pilota, sejrin ninstallaw
kompjuters għall-użu komuni f’dawn ilpostijiet:
- Impjant ta’ Ġenerazzjoni, Marsa – Viċin
it-Turbine Hall fejn il- Control Room ilġdida
- Impjant ta’ Ġenerazzjoni, Marsa
– Workshop tal-Ġenerazzjoni.
- Impjant ta’ Ġenerazzjoni, Marsa – Bini
Amministrattiv, fl- entratura.
- Impjant ta’ Ġenerazzjoni, Delimara
– Bini Amministrattiv.
- Impjant ta’ Ġenerazzjoni, Delimara – Kamra fejn il-Control Room.
- Impjant ta’ Ġenerazzjoni, Delimara – Ħdejn il-Kappella viċin il- Workshop
- Diviżjoni tal-Petroleum
– Installazzjoni 31 ta’ Marzu B’Bugia
Niltaqgħu ma’ Lucia Aquilina
It-Taj Mahal huwa wieħed mis-seba’ għeġubijiet tad-dinja li jinsab fl-Indja
fejn jidher sew il-kuntrast bejn il-lussu u l-faqar.
Ian Vella
Lucia mat-tfal u tfajliet fl-istitut.
Il-faqar kbir li ltaqgħu miegħu
fl-Indja.
Il-faqar kbir li ltaqgħu miegħu
fl-Indja.
Lucia waqt ftit ħin ta’ divertiment
ma’ tfal ta’ l-istitut.
Lucia Aquilina,
impjegata
malKorporazzjoni Enemalta fis-sezzjoni ta’
l-Informatika, tkellmet magħna sabiex
taqsam l-esperjenzi li għaddiet minnhom
fl-Indja fix-xahar ta’ Jannar fejn marret
ma’ grupp ieħor ta’ Maltin għall-missjoni
f’dan il-pajjiż, fejn il-firda bejn is-sinjur u
l-fqir hija kbira wisq.
Lucia, flimkien ma’ 13 oħra telgħu
għall-ewwel darba biex jaghtu servizz
voluntarju għal xahar fil-Missjoni ta’
Jhansi, fl-Indja, fejn is-sorijiet Ulied ilQalb ta’ Gesu’ ilhom jaħdmu fuq 50 sena
fost il-foqra ta’ l-Indja.
edukazzjoni. Ħafna minn dawn in-nies
jiġu bit-tfal tagħhom biex iħalluhom lisSorijiet. Jien meta niftakar f’dan kollu
nħoss għafsa ta’ qalb kompliet Lucia. Dan
il-post jeħtieġ li jerġa jinbena u dan ifisser
li hemm bżonn ta’ ħafna flus. Sakemm
damu l-Indja Lucia u l-grupp ta’ Maltin
ħadmu sabiex provdew uniformijiet
lit-tfal u għamlu manutenzjoni fuq ilkunvent
Meta staqsejt lil Lucia jekk tixtieqx iżżid
xi ħaġa ta’ l-aħħar, hija ħallietni b’dawn
il-kliem – “Aħna għandna napprezzaw
aktar dak li għandna għax vera ma
jonqosna xejn.”
Inti wkoll tista’ tgħin billi tibgħat
donazzjoni f’dan l-indirizz : Sr. Pauline
Farrugia, Animazzjoni Missjunarja
Teresa Nuzzo, P.O.Box 102, Valletta VLT
1000 jew billi tagħmel depożitu fil-kont
bankarju ta’ L-APS 20000487039 jew
cempel 79390715
“Aħna għandna
napprezzaw aktar dak li
għandna għax vera ma
jonqosna xejn.”
F’din l-esperjenza sar ħafna xogħol iżda
l-aktar li impressjonawna kienu tfal
orfni qaltilna Lucia. Dawn it-tfal jgħixu
għand is-sorijiet fejn jiġu mrobbija sew u
edukati. Iżda s-sitwazjoni tal-post mhux
tajba aktar biex tkompli tilqa’ t-tfal. La
hemm ventilazzjoni, la dawl u anqas
biżżejjed spazju, peress li hemm 50 tifel
u tifla u numru ta’ trabi.
Waqt li konna hemm morna wkoll inżuru
villaġġi foqra ħafna fejn is-sorijiet imorru
jagħmlu l-appostolat tagħhom. Żorna nies
li jgħixu f’miżbla, għax m’għandhomx
fejn joqogħdu u l-ebda aċċess għall-
Lucia mat-tfal u tfajliet fl-istitut.
ħarġa nru. 51
5
Celebrating 1148 years of service to Enemalta
Group photo of the 2007 retired employees together with Enemalta’s top management.
Enemalta Chairman Ing. Alexander
J. Tranter recently presented a
commemorative gift and a length of
service certificate to a number of ex-
Enemalta employees who retired from
the Corporation during 2007. A total of
42 persons retired from Enemalta who
jointly rendered a total of 1148 years
of service. A good number of these
employees provided well over 30 years
of service, the highest being 42 years. Ing. Tranter thanked these employees for
their loyalty and length of service with
the Corporation. He stated that their
length of service was strong proof of the
commitment and dedication they had
towards their respective jobs. Ing. Tranter
also highlighted the transformation
change underway within the Corporation
to become a more efficient and customer
facing organisation equipped with a
modern robust infrastructure designed to
meet the our Country’s growing energy
needs.
Chief Executive Mr. David Spiteri
Gingell, Chief Technical Officer Ing.
Grima, Chief Human Resources Officer
Mr. Anthony Bonello and Chief Finance
Officer Mr. Joseph Pandolfino were also
present for this commemorative event.
Environment friendly working space inaugurated
stated that this shows
that Enemalta posses a
highly trained and capable
work force able to accept
new challenges and are
flexible in the jobs they
successfully undertake.
Clerical staff during their daily working activities
Enemalta Chairman Ing. Alexander J.
Tranter inaugurating the new working space.
10 January 2008. Enemalta Corporation
Chairman Ing. Alexander J. Tranter
today inaugurated a new environment
friendly working space in Enemalta’s
Administration Building.
Work on the new open plan was
professionally designed and completed
up to high standards. Around 75% of
the work was undertaken by Enemalta’s
own personnel.
The new open plan can host up to 28
clerical staff and is designed to be
Enemalta’s first environment friendly
6
ħarġa nru. 51
working space.
The
intelligent design tries
to minimize electricity
consumption by utilizing
larger windows thus
letting sunlight in whilst
using special protective
film to minimize heat
in summer therefore
consuming less electricity
for air conditioning and
artificial lighting needs.
Enemalta
Chairman
Ing. Tranter thanked all
employees involved in
the process and lauded
their professionalism. He
Chief Human Resources
Anthony Bonello was
responsible for the project
and was also present
during the inauguration
to meet with clerical staff
from finance, procurement
and wages who will now
reside in this new area.
Enemalta employees involved in the construction of the
working space.
Simon Fabri –
Head Health, Safety & Welfare.
Saħħa u Sigurta’
F’din il-ħarġa ser nintroduċu lkunċett ta’ evalwazzjoni ta’ riskju (risk
assessment). Mhux possibli li nagħti ddettalji kollha. L-għan ewlieni huwa li
l-ħaddiema jifhmu l-importanza ta’ dan
l-eżerċizzju, li huwa mitlub bil-liġi. Iktar
informazzjoni ser tiltaqgħu magħha filkorsijiet li qed isiru fiċ-Ċentru ta’ Taħriġ
f’Marsaxlokk, mill-Uffiċjali tas-Sezzjoni
Saħħa u Sigurta’.
Meta wieħed ikun qed jevalwa rriskji li jeżistu, wieħed ikun qed juża
strateġija sabiex il-post tax-xogħol
jiġi skansat minn riskji li jistgħu jiġu
evitati jew ikkontrollati. Min iħaddem,
b’koperazzjoni
mal-ħaddiema
u
rappreżentanti tal-ħaddiema, għandhom
jagħtu kontribut neċessarju sabiex
qabel isir ix-xogħol wieħed jidentifika
u jniżżel bil-miktub x’jista’ jinbidel jew
jekk jistax jiġi pprovdut iżjed apparat ta’
prevenzjoni skond ir-riskju ta’ l-attivita’.
B’hekk, min ser ikun qed jaħdem ikun
imħares u skansat minn riskji bla bżonn.
Inkludu wkoll miżuri li tixtiequ tbiddlu
jew iżżidu, bħal, First Aid Box, dawl
aħjar eċċ. Aktar ma tinvolvu nies
aktar ikun hemm ideat u taraw kemm
tistgħu tevitaw riskji bla bżonn. Meta
tagħmlu dan l-eżerċizzju titagħlmu aktar
tiddentifikaw riskji fil-post fejn tkunu ser
taħdmu.
MPS Ext 407 jew DPS Ext 833,
preferibbilment b’appuntament.
Aktar informazzjoni relatata mas-suġġett
tar-risk assessment issibuh ukoll fuq ilwebsajt intranet ta’ l-Enemalta.
Bħas-soltu is-sezzjoni Saħħa Sigurta’ u
Welfare tilqa lil min ikollu diffikultajiet
jew mistoqsijiet kemm l-ufficju centrali
L-evalwazzjoni ta’ riskju tkopri
saħansitra: l-ambjent, il-ħsejjes eċċessivi,
erfiegħ manwali, terzi persuni, proprjeta’
eċċ..
Fuq nota pożittiva, il-Korporazzjoni
investiet bis-sħiħ sabiex dawn ilprekawzjonijiet jiġu applikati permezz ta’
tagħlim/taħriġ li qed isir għall-impjegati
tagħha minn kumpaniji professjonali. Fi
żmien qarib ser inkunu daħħalna din ilkultura ġdida. Il-ħaddiem issa moħħu
mistrieħ li r-regoli qed jiġu osservati
fil-prattika skond kif titlob il-liġi . Hija
propju x-xewqa ewlenija tas-sezzjoni
Saħħa u Sigurta’ u Welfare li tara’ li din
is-sistema taħdem b’armonija bejn ilħaddiem u l-management.
ritratt ‘A’ juri garaxx ta’ residenza
Eżerċizzju
Sabiex nagħti eżempji prattiċi u sabiex
tifhmu aħjar l-iskop ta’ evalwazzjoni ta’
riskji, għażilt żewġ xenarji fejn ir-ritratt
immarkat ‘A’ juri garaxx ta’ residenza
u r-ritratt immarkat ‘B’ juri post taxxogħol.
Bil-koperazzjoni tagħkom u tal-familjari,
niżżlu fuq karta r-riskji li jistgħu jiġu
kkontrollati fuq skala minn 1 sa 4:
1.riskju għoli ħafna, 2. riskju medju,
3. riskju żgħir u 4.m’hemmx riskju.
Eżempju: wires tad-dawl mikxufin (1)
riskju għoli; dawl moderat (3) riskju
żgħir eċċ,
ritratt ‘B’ juri post tax-xogħol
ħarġa nru. 51
7
L-Attivita’ fiċ-Ċentru Ta’ Taħriġ
Ing.Ray Azzopardi
Għix biex titgħallem u
tgħallem biex tgħix!
Taħriġ għall-uffiċjali tad-Distribuzzjoni fuq Circuit
Breakers minn rappreżentant tad-ditta Schneider.
Inġiniera tal-Korporazzjoni
waqt dimostrazzjoni fuq kif
tinstab ħsara fuq il-Cable.
Taħriġ ta’ Survey Mapping lill-impjegati tad-distretti.
Is-sena bdejniha bil-kbir. Bħala taħriġ
bdejna żewġ korsijiet li ser ikollhom 'lfuq minn 500 parteċipant u barra minn
hekk bdiet isseħħ il-wegħda li nkabbru lfaċilitajiet ġewwa iċ-ċentru ta’Marsaxlokk.
Bħalissa qegħdin nilqgħu fostna impjegati
li ġejjin mis-sezzjoni tad-Distribuzzjoni u
tal-Ġenerazzjoni sabiex jitħarrġu fis-saħħa
u sigurta’ u l-pjan ta’ emerġenza. Dan ittagħrif qiegħed isir sabiex l-impjegati
jkunu mħarrġa fil-prattiċi tax-xogħol,
fil-prevenzjoni mill-inċidenti u fil-kura
tagħhom waqt il-ħidma. Dan qiegħed isir
bl-għajnuna tas-sezzjonijiet tas-Saħħa u
Sigurta’, tat-Tifi tan-Nar ta’ l-Enemalta,
tas-St.John Ambulance Brigade, lGħaqda tas-Salib l-Aħmar, SUIGA Ltd.
u ISTC. Meta ġejna biex nippjanaw fejn
se nilqgħu dawn l-impjegati rajna li ser
Impjegati tal-Korporazzjoni waqt
sessjoni ta’ taħriġ fuq il-linji
Taħr
intro
8
ħarġa nru. 51
Grupp ta’ Uffiċjali tas-Sigurta’ flimkien ma’ ħaddiema talĠenerazzjoni jisimgħu spjegazzjoni tal-pjan ta’ Emerġenza.
minn tlieta għal sitta. Għandna fiduċja li
s-sezzjoni tal-Masons tagħna se tagħmel
minn kollox sabiex tlesti dan ix-xogħol
fl-iqsar żmien possibbli.
Il-pjan ta’ taħriġ ta’ l-2008 huwa
ambizzjuż għax qegħdin nimmiraw
sabiex nilħqu firxa wiegħsa ta’ impjegati,
f’diversi xogħlijiet u għalhekk ipprepara
ruħek għax f’xi ħin se nsejjħulek għattaħriġ. Il-mira tagħna hija li nħarrġu nies
iktar mis-sena l-oħra u f’aktar suġġetti .
Għix biex titgħallem u tgħallem biex
tgħix!
Wieħed minn erba’ gruppi waqt kors ta’
Taħriġ fl-informatika għall-uffiċjali taddistretti.
ikollna problema għax l-ispazju li hemm
fiċ-ċentru mhux biżżejjed. Allura sibna
alternattiva li nilqgħu lill-impjegati talĠenerazzjoni ġewwa l-Power Station ta’
Delimara, fejn ġew organizzati żewġt
ikmamar biex jintużaw bħala klassijiet.
Nixtieq ngħid ukoll li waqt li għaddejjin
dawn il-lezzjonijiet għandna l-Plant
Operators jitħarrġu biex jilħqu Seniors,
diversi korsijiet tal-kompjuters u oħrajn
tal-Mechanical Fitters. Wieħed jifhem
li biex tlaqqa’ dawn in-nies kollha trid
l-ispazju, u biex jinħoloq dan beda xxogħol strutturali sabiex isir tibdil filbini biex intellgħu n-numru ta’ klassijiet
Grupp tas-sezzjoni tal-Ġenerazzjoni waqt taħriġ ta’ Fire
Awareness relatat mal-Pjan ta’ Emerġenza.
Impjegat waqt sessjoni prattika ta’ l-użu tas-slielem u apparat ta’
sigurta’ ġewwa ċ-Ċentru ta’ Taħriġ f’Marsaxlokk.
Sessjoni ta’ prattika waqt it-taħriġ tal-pjan ta’ Emerġenza.
riġ ta’ kif jintlibsu ċ-ċinturini tas-Sigurta’ l-ġodda li ġew
odotti riċenti fl-Enemalta lis-sezzjoni tad-Distribuzzjoni.
ħarġa nru. 51
9
Bla Kummenti
Joseph Giuliano
Għal din l-edizzjoni żorna sezzjonijiet differenti fil-Korporazzjoni Enemalta, fosthom il-Petroleum, il-Gass u l-Power Station talMarsa. Fl-edizzjonijiet tal-magazin li jmiss nixtiequ niltaqgħu ma’ iżjed impjegati ta’ l-Enemalta u ser inkunu qed induru d-diversi
sezzjonijiet tal-Korporazzjoni.
Nieħdu pjaċir jekk ikun hemm xi grupp ta’ impjegati li qegħdin jaħdmu fuq xi xogħol interessanti u tikkuntattjawna sabiex
taqsmu l-esperjenzi fuq il-proġett tagħkom mal-qarrejja tagħna.
10
ħarġa nru. 51
ħarġa nru. 51
11
Fond Ħaddiema Enemalta
Grupp ta’ ħaddiema li rtiraw minn malKorporazzjoni Enemalta matul is-sena
2007 li kienu membri tal-Fond Ħaddiema
Enemalta iltaqgħu mal-Kumitat u masSur David Spiteri Gingell, Kap Eżekuttiv
waqt il-’farewell activity’ li saret nhar
il-Ħamis 27 ta’ Dicembru 2007. Waqt
din l-attivita, bħas-snin ta’ qabel, dawn
il-ħaddiema rċevew somma ta’ flus millfond.
Is-Sur David Spiteri Gingell, Kap
Eżekuttiv qed jaghti lis-Sur George
Buġeja beneficcju ta’ l-irtirar mixxogħol li kien intitolat għalih.
Fir-ritratt jidhru Alfred Debono
President Fond Ħaddiema Enemalta
flimkien ma’ l-impjegati li rtiraw.
Alfred Debono (President) qed
jippreżenta benefiċċju lil ex impjegat.
Oil painting presentation
Ing. Alan Attard (5th from left) presented Chairman Ing.
Alexander J. Tranter with an oil painting on canvas. The
painting is a representation of the old power station that was
erected at the foot of Crucifix Hill in Floriana overlooking
the Grand Harbour that operated between 1896 and 1960. It depicts the scene of this power station and its immediate
surroundings after World War II. At the very beginning the
station was used for street lighting but then it ousted the town
gas as an illuminant in houses and building premises, and later
on in industry. Ing. Attard stated that the oil painting is 70cm
by 50 cm and took three weeks to complete.
Chairman Meetings
Iċ-Chairman tal-Korporazzjoni Enemalta, l-Inġinier Alexander J. Tranter jidher hawn ma’ diversi ħaddiema minn sezzjonijiet
differenti f’laqgħat li qed isiru regolarment ta’ kull xahar.
12
ħarġa nru. 51
Htieġa ta’ Enerġija li Tiġġedded
Il- maġġoranza kbira ta’ l-enerġija li tintuża
fiż-żminijiet tal-lum hija ġejja miż-żejt,
gas naturali u faħam. Dawn it-tliet forom
ta’ energija ġejjin minn fossili ta’ pjanti u
annimali li kienu jgħixu miljuni ta’ snin ilu.
Biżżejjed ngħid li ż-żelt li hu l-iktar fjuel
li jintuża, ġe ifforma aktar minn ħamsin
miljun sena ilu! Minħabba f’hekk dawn
il-forom ta’energija ma jiġġedux u huma
limitati. Huwa stmat li r-riservi taż-żejt
tad-dinja ser iservu għal madwar ħamsin
sena, dawk tal-gas naturali għal sittin sena
fil-waqt li ir-riservi tal-faħam ser iservu
għal tlett mitt sena.
Barra minn hekk l-użu ta’ dawn il-fjuels li
ġejjin minn fossili, iħallu mpatt negattiv
fuq l-ambjent. Dan jiġri għaliex meta
jinħarqu dawn il-fjuels, jifformaw gassijiet
li jikkaġunaw l-effett serra, xita aciduża
u jikkontaminaw l-arja. Fil-fatt l-ammont
ta’ ‘carbon dioxide’, li hu wieħed minn
dawn il-gassijiet, kważi rdoppja dawn laħħar mittejn u ħamsin sena. Din iż-żieda
qawwija qed taffetwa l-klima, tgħolli ittemperatura medja u tikkaġuna fenomini
extremi ta’ temp fosthom maltemp qawwi.
Minn naħa l-oħra l-bniedem ma jistax
jgħaddi minngħajr l-użu tal-enerġija.
Imma meta nqisu l-ammont limitat ta’ sorsi
ta’ enerġija li ma tiġġedidx flimkien mallimpatt ambjentali li qiegħed iħalli dan lużu, ikollna nużaw din l-enerġija b’aktar
efficjenza u infittxu sorsi oħra ta’enerġija
li tiġġeded. Fost dawn is-sorsi nsibu lenerġija li ġejja mix-xemx, enerġija mirriħ, dik li ġejja mill-‘biomass’, enerġija
ħajdroeletrika, enerġija li ġejja millmewġ il-baħar u enerġija geotermali. Flewwel parti ta’dan l-artiklu ser nagħti ftit
informazzjoni fuq dawn is-sorsi ta’ energija
li tiġġeded. Fit-tieni parti ser nikkoncentra
fuq il-pożizzjoni ta’ Malta fl-użu ta’ dawn
ir-riżorsi.
Enerġija li ġejja mix-xemx.
Id-dinja
tirċievi
madwar
1015KW
direttament mix-xemx, dan huwa ħafna
iktar minn dak li l-bniedem jikkonsma
madwar id-dinja. Sa issa il-bniedem
qiegħed juża biss ammont żgħir ħafna
minn din l-enerġija. Fl-imgħoddi l-uniku
metodu fejn kienet tintuża din it-tip ta’
enerġija kienet biex jiġi prodott il-melħ
mis-salini.
Illum xi djar għandhom Solar Water
Heaters biex saħħnu l-ilma permezz taxxemx. Dawn il-ħeaters qegħdin isiru aktar
popolari minħabba li l-prezz tagħhom sar
iktar kompetittiv u l-gvern jagħti wkoll
sussidju fuqhom. Oħrajn installaw pannelli
PV li jiġġeneraw l-elettriku direttament
mix-xemx. Sfortunatament dawn issistemi ta’ l-aħħar għadhom għaljin anki
wara li wieħed jikkonsidra sussidju li
jagħti l-gvern fuq dawn il-pannelli. Wieħed
jistenna li l-prezz ta’ dawn il-pannelli jaqa’
b’użu akbar fil-waqt li l-effiċjenza tiżdied
permezz ta’ riċerka li qed isir fuq din ilmaterja. Xjenzati qegħdin jesperimentaw
ukoll metodi ġodda biex jużaw din lenerġija daqsekk abbundanti.
Pannelli PV
L-energija li ġejja mix-xemx hija nadifa u
ma tispiccax. Madanakollu din l-enerġija
tiddependi direttament mid-dawl tax-xemx
u jkollok taħżinha jew tuża sistemi oħra għal
bil-lejl jew meta l-ġurnata tkun imsaħba.
Pannelli PV għandhom bżonn ukoll arja
kbira biex ikunu jistgħu jeġġeneraw
ammont ta’ enerġija sostenzjali.
Energija mir-Riħ
Din l-enerġija ġejja ukoll mix-xemx. Dan
għalhiex partijiet f’wiċċ id-dinja jilħqu
temperaturi differenti meta jiġu msaħħna
mix-xemx skond il-preżentża ta’ sħab, ilmaterjal u l-kulur tal-wiċċ id-dinja. Din
id-differenża fit-temperatura tikkaġuna
l-formażżjoni ta’pressjonijiet differenti li
jġiel movimenti ta’ arja jew riħ jonfoħ min
pressjoni għolja għall-pressjoni baxxa.
L-enerġija mir-riħ ilha użata mijiet tas-snin
minn imtieħen tar-riħ. Dawn l-imtieħen
kienu jintużaw kemm biex itellgħu ilma
minn spejjer kif ukoll biex jitħnu l-qamħ.
Għal ħafna snin il-qlugħ kien ukoll luniku meżż biex bastimenti tal-baħar u
dgħajjes setgħu jivjaġġaw distanżi twal.
Madanakollu huwa biss dan l-aħħar snin li
mtieħen tar-riħ effiċjenti ġew mibnija biex
jiġġeneraw dawl direttament mir-riħ.
L-enerġija li wieħed jista’ jieħu mir-riħ
bl-imtieħen, hija propożjonali għall-arja
Ing. George Portelli
kwadra tal-iskrun. Għal din ir-raġuni,
akbar ma tkun il-mitħna aktar tkun tista’
tiġġenera dawl u dan jispjega l-użu ta’
mtieħen kbar. Dan il- kobor u il-ħsejjes
li tista’ tagħmel mitħna bħal din tagħmel
effett ukoll fuq l-ambjent. Biex tnaqqas dan
l-impatt xi mtieħen qiegħed jinbnew fuq
strutturi fuq sikek fil-baħar. Madana kollu
l-ispejjes ta’ mitħna fuq il-baħar huma
għola minn waħda fuq l-art. Minħabba
f’hekk barra l-iskrun ta’ fuq, xi uħud minn
dawn l-imtieħen għandhom ukoll skrun
iżgħar fil-baħar li jdur permeżż ta’ kurrenti
fil-baħar.
L-energija mir-riħ ma tikkaġunax
inkwinazzjoni tal-arja, tkkompara fil-prezz
ma’ dik iġġenerata miż-żejt u hija enerġija
li tiġġedded. Billi tiddependi direttament
mir-riħ, hemm bżonn li din l-energija
tinħażen jew jintużaw sistemi oħra meta
ma jkunx hemm riħ. Id-daqs tal-imtieħen
u l-ħoss li jagħmlu jistgħu jkollhom ukoll
impatt fuq l-ambjent.
Enerġija li ġejja minn mewġ il-baħar.
Il-mewġ fil-baħar jiġi ffurmat mir-riħ
jonfoħ fuq wiċċ il-baħar u għalhekk wieħed
jista’ jgħid li x-xemx hija wkoll il-mutur ta
din it-tip ta’ enerġija. Metodu kif wieħed
jista’ jieħu l-enerġija mill-mewġ huwa
billi juża’ bagi li bil-moviment tagħhom
il-fuq u l-isfel mal-mewġ, idawru mutur li
jiġġenera d-dawl. F’metodu ieħor tintuża
xatba li taqbad l-ilma baħar fi-qlugħ kbir
meta l-livell ta’ l-ilma jkun għoli. Dan lilma mbgħad jintuża biex idawwar muturi
li jiġġeneraw id-dawl meta l-livell ta’ lilma jkun baxx.
Bħala prezz, l-enerġija minn mewġ ilbaħar għadha għolja meta kkomparata malenerġija miż-żejt. L-istrutturi mibnija biex
jiġġeneraw din it-tip ta’ energija jistgħu
wkoll ifixklu vapuri li jgħaddu mil-inħawi
u jaffetwaw il-ħajja tal-baħar tal-vicin.
Madana kollu din it-tip ta’energija għadha
qegħed tiġi żviluppata u rridu niftakru li
hija enerġija nadifa u li tiġġedded.
Enerġija ħajdroeletrika
Din it-tip ta’enerġija hija l-iktar waħda li
tintuża’ minn fost is-sorsi ta’ enerġija li
jiġġeddu. Għalkemm tammonta biss għal
sitta fil-mija tal-enerġija globali, hemm
pajjiżi muntanjużi bħal Norveġja u c-Cina
fejn dan il-percentaġġ huma għola u lParagwaj jiddependi għal kollox minn din
it-tip ta’ enerġija.
L-iktar mod komuni li jintuża’ biex tiġi
ġġenerata din it-tip ta’ enerġija huwa
meta ilma tax-xita jew minn silġ li qegħed
jinħall, jinħażen fil-qugħ kbir, minn dan lqugħ l-ilma jgħaddi għal-livell iktar baxx
minn katusi kbar u waqt li jkun nieżel lilma jdawwar muturi li jiġġeneraw id-dawl.
ħarġa nru. 51
13
Metodu ieħor huwa meta kaskata naturali
tal-ilma tintuża biex iddawwar dawn ilmuturi direttament. F’Niagra Falls, jintuża
dan il-metodu.
sħaħ jiġu mgħerqa u n-nies li jgħixu hemm
jkollhom imorru f’post ieħor.
Enerġija mill-‘biomass’.
Parti mid-dawl tax-xemx tiġi maħżuna filpjanti bħala energija kemikali. Il-bniedem
juża’ din it-tip ta’enerġija meta jiekol dawn
il-pjanti jew jaħraq l-injam. Xi wcuħ bħal
qamħirrun u kannamiela jiġu ffermentati
biex minnhom joħorġu l-spirtu ‘ethanol’
li huwa biofjuel li jista’jitħallat mal-petrol
u jintuża’ bħala fjuel normali. Dan l-aħħar
dan il-metodu qiegħed jintuża’ ħafna
minħabba zzieda qawwija fil-prezz tażżejt. B’konsegwenza naqas sew l-ammont
ta’ qamħirrun li jintuża għall-ġwies talannimali u dan l-ikel għola fil-prezz.
Enerġija mill-ilqugħ ta’ l-ilma
L-enerġija ħajdroeletrika hija enerġija li
tiġġedded u nadifa. Minn naħa l-oħra l-qugħ
ta’ l-ilma jistgħu jikkaġunaw li wesgħat
Metodu ieħor kif tintuża’ l-enerġija mill‘biomass’ huwa meta pjanti jew ħmieġ
tal-annimali jiddikonponu f’tank biex
jifformaw il-gas ‘methane’. Dan il-gas
jintuża’ għat-tisjir jew biex isaħħan. Hawn
ukoll power stations li jistgħu jaħarqu
‘Biomass’ bħal materjal magħżul milliskart flok iż-żejt.
Power station li jaħdem b’injam ħażin
L-enerġija li tiġi ġġenerata mill-‘biomass’
hija enerġija li tiġġeded. Hija wkoll
newtrali f’dak li għandu x’jaqsam ma
l-ammont ta’ ‘carbon dioxide’ għax lammont ta’ dan il-gas li joħroġ meta din
l-enerġja tiġi wżta, huwa l-istess ammont li
jiġi assorbit mill-pjanta meta tkun qiegħed
tikber. Effet negattiv ta’ dan il-fjuel huwa
l-użu ta’ pesticidi biex jitkabbru l-pjanti u
l-qtugħ ta’ foresti biex jagħamlu post fejn
jitkabbru.
Enerġija geotermali.
Taht il-qoxra tad-dinja nsibu temperatura
għolja ħafna. F’pajjiżi bħaż-Zelanda, ilma
sħun jitla’ sal-wicc b’mod naturali. Pajjiżi
oħra jużgħaw din it-tipta’enerġija billi
jħaffru bjar fondi u jitfgħu ilma li jitla’
bħala fwar. Dan il-fwar jintuża biex isaħħan
jew biex idawwar turbina li tiġġenera ddawl. Dan l-aħħar metodu jintuża ħafna
f’Iceland.
Enemalta and EPOU sign collective agreement
21st
February
2008,
Enemalta
Corporation and EPOU (Enemalta
Professional Officers Union) have signed
a new collective agreement covering the
period ending on 31 December 2010.
The agreement was reached after cordial
negotiations between the Collective
Bargaining Unit, management and union
representatives.
The agreement includes a comprehensive
review of current working practices to
better reflect present day exigencies
and requirements, the introduction of a
number of family friendly measures as
well as an improvement in salaries and
other conditions. Enemalta Chairman , Ing. Tranter stated
that today’s signing reflected the high
level of professionalism Enemalta’s
engineers have now attained. Ing.
Tranter conveyed his sincere thanks to
David Spiteri Gingell (Enemalta CEO)
and Ismail D’Amato (EPOU President) for the time and dedication they gave,
to bring these collective discussions to a
successful conclusion.
Enemalta Chairman, Ing. A Tranter and
Ing. Ismail D’Amato, EPOU President
(4th and 6th from left) exchanging
copies of the new collective agreement
together with Enemalta and EPOU
officials
Magazines qodma
Qed jinġabru magazines bl-iskop li dawn jitqassmu lillmorda fi sptarijiet. L-aktar suġġetti popolari huma l-futbol ( ta’
kwalunkwe tijm) u l-karozzi jew muturi.
Tistgħu tibagħtu l-magazines direttament lill-inġinier Kenneth
14
ħarġa nru. 51
Abela fid-Diviżjoni tal-Petroleum. Jekk hemm kwantita’
tistgħu tikkuntatjawh fuq 7900 8966 ħalli jirranġa hu għal ġbir.
Nirringrazzjawkom tal-ġenerosita’ tagħkom.
Josette Micallef Acting Welfare Officer
Welfare
Quddiesa tal-Milied
Għeżiez Impjegati,
Bħas-snin ta’ qabel, nhar lejlet il-Milied
giet iċċelebrata l-quddiesa fil-Workshop
Distribution, Marsa Power Station.
Din is-sena, Matthew Micallef għamel
il-priedka tradizzjonali tal-Milied. Fi
tmiem il-quddiesa iċ-Chairman talKorporazzjoni, Ing Alexander Tranter
awgura l-festi t-tajba lill-ħaddiema
preżenti.
Meta ġejt avviċinata miċ-Chief Officer
Human Resources & Corporate Services
biex nieħu ħsieb is-sezzjoni talWelfare mill-ewwel ħassejt li din hija
ta’ responsabbilta’ kbira, iżda fl-istess
ħin ħassejt li għandi nikkommetti ruħi
sabiex nkun ta’ għajnuna għall-impjegati
kollha.
Fil-quddiesa li ġiet iċċelebrata filpower station ta’ Delimara, nhar l-20
ta’ Diċembru 2007, Vincent Schiavone,
impjegat tal-Korporazzjoni, anima lpriedka tal-Milied li hu stess kien għamel
meta kien għadu tifel. Vincent baqa’
jiftakar il-kliem tal-priedka bl-amment
sal-ġurnata tal-llum.
Biex nilħaq dan l-iskop hemm bżonn
ta’ pjan imfassal fuq valuri ta’ umilta’
u mħabba. Inħoss li kull każ għandu
jiġi ttrattat individwalment b’mod ġust
u mparzjali, u jekk hemm bżonn jiġi
mwassal quddiem l-ogħla awtoritajiet
tal-Korporazzjoni.
Is-sezzjoni tal-Welfare sejra tkompli
tagħti sapport lill-impjegati li jkunu
għaddejjin minn żmien diffiċli filwaqt li
flimkien magħhom niskopru alternattivi
u soluzzjonijiet għall-problemi li dawn
jista’ jkollhom.
Nikkonkludi
billi
nitlob
ilkollaborazzjoni tagħkom l-impjegati
sabiex ikun jista’ jintlaħaq dan l-iskop.
Għaldaqstant il-parteċipazzjoni tagħkom
f’attivitajiet organizzati minn din issezzjoni hija verament apprezzata. Min
jixtieq jikkuntattjani għandu jagħmel
dan fuq Extension No 306, ċellulari
79008967, jew fuq imejl
josette.micallef@enemalta.com.mt
Josette
Santa
Rosario Briffa li għalaq 44 sena
impjegat
mal-Korporazzjoni
Enemalta ġentilment bagħtilna
din is-Santa li tqassmet fit-23 ta’
Ġunju 1961. Dik il-ġurnata lArċisqof Sir Michael Gonzi kien
bierek lill-impjegati tal-Power
Station fil-Marsa.
Matthew waqt li kien qed jaqra l-priedka
tal-Milied
Il-bord editorjali jħeġġeġ lillimpjegati sabiex jibagħtulna
materjal u artikli ta’ interess għallmagazin Eneinfo.
Ringrazzjamenti
B’tifkira għażiża
ta’
Amadeo
Pace
Kif forsi smajtu,
ħalliena hekk
ħesrem Amadeo
Pace, li rtira
mill-Korporazzjoni Enemalta madwar
sentejn u nofs ilu. Miet fl-eta’ ta’ 63 sena.
Kien bniedem umli u ferrieħi, dejjem lest
li jaqdi lil kulħadd. Kien maħbub minn
kulħadd, l-iktar minn nies tal-Workshop
Shift C fejn kien jaħdem u minn nies
ta’ Ħaż-Żabbar, fejn twieled u għex ma’
ommu, li Alla jbierikha, għadha ħajja,
mimlija bl-għomor. Niftakru fih fit-talb
tagħna.
Eric Montfort
Tislima – Ethel Mallia
Kienet il-Ġimgħa l-1
ta’ Frar 2008 meta ġejt
infurmat li Etħel Mallia
marret tgawdi lill-Mulej
fil-ħajja ta’ dejjem.
Ethel kienet impjegata
tal-Gas Board u wara
fl-1977 meta’twaqqfet lEnemalta Ethel kompliet
il-ħidma tagħha bħala Assistant Head.
Ethel kienet maħbuba minn kullħadd.
Ħafna jiftakruha li kienet issib il-ħin
sabiex tgħallem lit-tfal tal-Preċett u
Griżma.
Il-Funeral sar is-Sibt, 2 ta’ Frar fil-Knisja
Parrokkjali ta’ San Gużepp l-Imsida.
Anthony Mangion,
magħruf bħala Toni,
għax hekk konna
nsibuh, ma’ kienx ta’
ħafna kliem. Kien
impjegat ta’ l-affari
tiegħu u effiċjenti
għall-aħħar.
Meta ġie l-ewwel
darba fis-sezzjoni tagħna imlielna t-twieqi
bil-pjanti tal-Cactus, il-passatemp favorit
tiegħu. Kwiet kemm tridu, iżda jifqak
bid-daħk b’xi ċajta mhux mistennija. Ittelfa tiegħu ħallietna maħsudin.
Insellmulek ħabib,
Impjegati tal-General Stores.
Paul Schembri
ħarġa nru. 51
15
Party tal-Milied għat-tfal
ta’ l-Impjegati tal-Korporazzjoni
Josette Micallef Acting Welfare Officer
Il-party tal-Milied tat-tfal ta’
l-impjegati din is-sena sar
fil-Forum Suite tal-lukanda
Topaz ġewwa Buġibba, nhar
id-29 ta’ Diċembru 2007.
Dan il-party ġie organizzat
bl-għajnuna ta’ numru
ta’ helpers, impjegati talKorporazzjoni, flimkien mas-sezzjoni talWelfare. Għal ewwel darba wkoll id-divertiment kien fdat
f’idejn erba’ impjegati tal-Korporazzjoni li b’entużjażmu kbir
ipprovdew atmosfera brijuża lit-tfal preżenti. Bħas-snin ta’
qabel fl-aħħar tal-party it-tfal ġew mogħtija rigal.
Ic-Chairman Ing. Alexander Tranter u ċ-Chief
Officer Human Resources & Corporate Services
Anthony Bonello attendew għal dan il-party.
Nhar is-Sibt 5 ta’ Jannar 2008, sar party ieħor
għat-tfal ta’ l-impjegati Għawdxin ġewwa
l-Istitut ta’ San Gużepp,
f’Għajnsielem, fejn ittfal ġew ukoll ippreżentati
b’rigal kull wieħed.
Is-sezzjoni tal-Welfare tixtieq tirringrazzja
lill-helpers kollha li mingħajr ilparteċipazzjoni sħiħa tagħhom dawn iżżewġ attivitajiet annwali ma kienux ikunu
possibbli.
16
ħarġa nru. 51
Download