Diskors tal-Ftuħ Ir-Rettur, il-Professur Juanito Camilleri FITTEX HAWN MIN HU L-VERU INT... DAK LI S'ISSA QATT M'GĦARAFT SEEK YOUR TRUE SELF HERE... THAT WHICH HITHERTO YOU'VE NEVER RECOGNISED Pro-Kanċillier, Membri tal-Kunsill, membri tal-korp akkademiku, ħaddiema talUniversita`, għeżież studenti – l-għodwa t-tajba. Din hi s-sitt darba li mess lili bħala r-Rettur biex nagħmel id-diskors tal-ftuħ ta’ sena akkademika ġdida. Irrid nistqarr li għalkemm mhux faċli tikteb diskors għall-istess okkażjoni iktar minn darba mingħajr ma traqqad lil kulħadd blistess kantaliena, napprezza ħafna din l-opportunità ta’ kull sena biex nibni fuq it-temi tas-snin l-oħra u b’hekk nerġa’ nwassal il-messaġġ tiegħi. Qabelxejn, nibda billi nintroduċi ruħi mal-istudenti l-ġodda. Jisimni Juanito Camilleri u jien ir-Rettur. Dan ifisser li fl-aħħar mill-aħħar, jien responsabbli mit-tmexxija ta’ kuljum tal-Università mill-aspett kemm akkademiku kif ukoll amministrattiv. Dan l-aħħar kien hemm student li staqsieni: “Jekk tinqatagħli l-bozza kemm-il Rettur għandi bżonn biex din tinbidel?” (... Jaqaw tafuha tar-Rettur u l-bozza?...) Ħeqq, ikkonfondejt daqsxejn biex inwieġbu għax naf li jekk jiġi l-uffiċċju tiegħi biex jagħmel appuntament hemm ċans kbir – għax il-kalendarju tieghi dejjem ser jinfaqa’ - li dan jiġi riferut għand wieħed, jew waħda mill-Pro-Retturi. Filfatt għandi mhux wieħed iżda tliet Pro-Retturi jassistuni. Hemm il-Professur Alfred Vella li jieħu ħsieb l-Affarijiet Akkademiċi; hemm ilProfessur Richard Muscat li jieħu ħsieb il-qasam tar-Riċerka u l-Innovazzjoni; u għandna l-Professur Mary-Anne Lauri li tieħu ħsieb l-Affarijiet Istituzzjonali u tal-Istudenti. Iżda sewwa sewwa m’għandi ebda Pro-Rettur inkarigat biex ibiddel il-bozoz maqtugħin... sakemm il-qtugħ ma jkunx kawża ta’ xi short circuit verament serju. 1 Meta rani nikkonfondi biex nirrispondih, l-istudent kompla jippressani u qalli: “allura Profs., jekk tinqatagħli l-bozza, tippretendi li għandi nibqa’ fid-dlam?” Ir-risposta għal din tal-aħħar hi faċli: “ċertament li le, nippretendi li ebda student tal-Università ta’ Malta m’għandu jibqa’ fid-dlam... anzi għandkom tkunu preċiżament intom l-istudenti tagħna li tixegħlu lil dawk ta’ madwarkom bid-dawl tat-talenti u l-kariżmi tagħkom.” Hawn dlonk ħsibt fil-korp akkademiku tagħna li l-biċċa l-kbira tiegħu hu dedikat, imħarreġ sa snienu, u pjuttost dispost biex jgħin fejn jista’... iżda lanqas dan proprjament m’hu hawn biex ibiddel il-bozoz maqtugħin... “Mela, Profs, għand min tridni mmur meta tinqatagħli l-bozza... immur għand il-Ministru? ... Le ċertament li le.....suppost spiċċa dak iż-żmien!” Proprju, proprju, bħala student jew gradwat ta’ din l-Università m’għandek ikollok bżonn lil ħadd biex ibiddillek il-bozza... la lili, la l-Pro-Retturi u lanqas lill-Professuri. Aħna lesti nagħmlu minn kollox biex ngħinukom... iżda biex tieqfu fuq saqajkom u tagħrfu tfendu ghal raskom... u mhux biex issiru dipendenti fuq oħrajn għal xejn b’xejn. Lilkom, bħala l-gradwati prospettivi ta’ din l-Alma Mater, bħala l-mexxejja futuri ta’ pajjiżna, bħala s-sisien tal-ekonomija u tas-soċjetà ta’ għada, aħna rridu narawkom tkebbsu d-dawl tagħkom u tfittxu, bit-taħriġ u bl-għerf, li ddawlu l-ħajja tagħkom u tal-oħrajn. Issa jekk xi darba tinqatgħalkom il-bozza – għax fil-ħajja ma tafx x’jiġri – tinkwetawx. Jien ċert li intom kapaċi biżżejjed biex tmiddu jdejkom u tbiddluha minnufih. F’każ ta’ short circuit qawwi morru għand il-Pro-Rettur Lauri, u jekk hemm bżonn verament serju, bħal meta splodiet il-power station f’Ċipru, il-bieb tiegħi miftuħ ukoll. Issa ejja naqilbu għas-serjetà. F’din il-ġurnata, meta nara tant uċuħ ta’ studenti ġodda, kemm tal-Università kif ukoll tal-Junior College, u nilmaħ l-ottimiżmu, l-eċċitament, u dik in-naqra ansjetà li ġejtu bihom, ninsa l-problemi, il-pettegolezzi, l-ilmenti, u lkontroversji li ta’ spiss niffaċċja, u nagħmel kuraġġ għax fikom l-istudenti nilmaħ il-futur. Din is-sena nixtieq nerġa’ nappella lill-istudenti kollha, iżda partikolarment lil dawk li ngħaqdu magħna llum, biex jagħrfu jieħdu l-aħjar esperjenza possibbli mill-ħajja tagħhom fl-Università. Dawn is-snin li għandkom quddiemkom jistgħu jkunu l-isbaħ snin ta’ ħajjitkom. Tħallux li tintilfu fil-labirint ta’ lectures, 2 tutorials u taħriġ formali; tiħdunix ħażin, l-attendenza u l-istudju tal-kurrikulu formali huma importanti ferm, iżda mhux kollox. Jekk jittieħed bis-serjetà, l-istudju f’livell terzjarju hu qisu mera li fiha għandek tagħraf lilek innifsek. Hawn ma tridx titħarreġ biss fil-qasam ta’ studju li għażilt, ma tridx tiffoka biss fuq il-credits u l-eżamijiet... hawn ser tiltaqa’ mal-limitazzjonijiet tiegħek u trid tissielet biex tegħlibhom, ser tagħraf aħjar it-talenti tiegħek u trid tkun għaqli biżżejjed biex tużahom u tkattarhom, ser issir aktar konxju tal-karattru tiegħek, kif għandek tikkomunika aħjar, kif għandek tesprimi ruħek, kif għandek tirraġuna biex tikkonvinċi lill- oħrajn b’mod intelliġenti. U b’hekk niġi għat-tema li għażilt għal din is-sena: fittex hawn min hu l-veru int... dak li s’issa qatt m’għaraft. L-ewwel u qabel kollox, hawn – fil-qari u fl-istudju tiegħek - trid tfittex lilek innifsek b’moħħ miftuħ, bla preġudizzji xekkiela, bl-aktar mod liberu. Waqt li dejjem titgħallmu mill-passat u mill-istorja, isimgħu l-qniepen kollha, żommu ruħkom aġġornati u informati fuq dak li qiegħed jiġri f’pajjiżna u fid-dinja, ibnu opinjoni informata, tgħallmu aħsbu b’moħħkom, ibnu karattru sod. Għaliex? Għaliex dan importanti għalija u għalik? Għax tassew nemmen li intom, kull wieħed u waħda minnkom, ser tfasslu l-karattru u l-identità ta’ Malta ta’ għada: jekk Malta titqies bħala dinamika u bieżla, kreattiva u innovattiva, dan ser jiddependi minnkom; jekk Malta titqies għaqlija u ħanina, magħquda u miftuħa, dan ser jiddependi minnkom; jekk Malta titqies ekonomikament soda u soċjalment stabbli, dan ukoll ser jiddependi minnkom. Għalhekk ngħidilkom illum: dan il-pajjiż qiegħed jinvesti ħafna flus fledukazzjoni tagħkom, u għar-raġunijiet li għadni kif semmejt, fl-opinjoni tiegħi qiegħed jagħmel sewwa. Biex il-kwalità ta’ din l-Università dejjem titjieb u lfirxa u l-fond tal-programmi ta’ studju u ta’ ricerka jkunu sostnuti, hemm bżonn ħafna flus, hemm bżonn investiment akbar. Dan jitfa’ fuqna lkoll responsabilità kbira. Irridu naraw li kull ewro li jintefaq fl-Università jintefaq bil-għaqal, irridu naraw li l-investiment li jsir jissarraf – b’mod dirett kif ukoll indirett – f’livell ta’ għajxien aħjar għall-Maltin kollha. Toħorġux minn din l-Università b’karattru li jfittex biss il-gwadann individwalista, u bil-kapriċċ misħut ta’ dipendenza bla bżonn. Tajjeb li tkunu tafu x’inhuma d-drittijiet tagħkom, iżda importanti tagħrfu wkoll li kull dritt mirbuħ jiġi b’obbligu, kull opportunità tiġi b’responsabilità, kull għotja tiġi bilħlas ta’ xi ħadd. Ħarsu ħarsa lejn dak li qiegħed jiġri madwarna fid-dinja – lejn it-taqlib ekonomiku li qed iqanqal l-inkwiet soċjali u t-terrur. Min ma jinkwetax meta 3 jara dan, hu jew kiesaħ jew baħnan. Jekk hawn xi ħadd li jemmen li dak li qiegħed jiġri fid-dinja mhux ser jeffettwa lilna u lil uliedna, mela dan għadu ma fehem xejn. Min jaħseb li f’Malta nistgħu ngħixu f’bozza, għandu l-bozza maqtugħa! Għalhekk, meta nappella lill-Gvern, lill-imsieħba soċjali, lill-industrija, u lillMaltin kollha biex jinvestu ħafna aktar fl-Università ta’ Malta, nagħmel dan b’sens ta’ responsabilità. Nagħmlu għax għalkemm qegħdin ngħixu fi sfond ta’ kriżi ekonomika globali, nemmen li l-aħjar mod li din nilqgħulha, li nippreservaw l-ekonomija u s-sostenibilità ta’ pajjiżna, hu b’edukazzjoni terzjarja eċċellenti, bir-riċerka, u bl-innovazzjoni. Nemmen verament dak li għedt xi snin ilu, nemmen li din l-Alma Mater hi lomm li għamlitna lilna l-Maltin dak li aħna, u li fikom u bl-edukazzjoni terzjarja tagħkom ser jitwieled dak li għad iseħħ minna. Kunu studenti responsabbli u attivi. Nawgura li hawn issibu lilkom infuskom, issibu l-milja tagħkom, issibu l-qofol tal-futur ta’ pajjiżna. Is-sena li għaddiet, fid-diskors tal-ftuħ tas-sena akkademika, ħarist lejn x’inhu dak li jagħmel istituzzjoni bħal din denja tat-titlu Università. Semmejt li qegħdin naraw l-aħjar Universitajiet fid-dinja jagħmlu t-transizzjoni għal dak li huwa msejjaħ “3rd Generation University” – Università tat-Tielet Ġenerazzjoni. Semmejt ukoll l-importanza li waqt li l-Università ta’ Malta tkompli trawwem it-talent, tkattar l-għerf, u tinseġ l-identità Maltija, trid tagħmel dan bħala Università internazzjonali f’dinja globalizzata. Ippermettuli nfakkarkom li Università tat-Tielet Ġenerazzjoni hi waħda mibnija fuq tliet pilastri prinċipali: it-tagħlim, ir-riċerka, u l-parteċipazzjoni attiva fliżvilupp ġust u sostenibbli tas-soċjetà u tal-ekonomija globali. Għalhekk fid-dinja tal-lum università denja tal-isem għandha taħdem fuq dawn it-tliet fronti mhux b’lenti mijopika parrokkjali, iżda b’viżjoni u f’kuntest globali. Bit-teknoloġija tal-lum u bil-mobilità tal-istudenti u tal-akkademiċi, li saret parti integrali mill-ħajja tagħna, il-komunità li tindirizza u tħaddan università mhix ristretta, għal xi post speċifiku, minn xtut, jew minn fruntieri. Fil-każ tal-Università ta’ Malta, l-għan tagħna jrid ikun li ngħinu, l-ewwel u qabel kollox, l-iżvilupp tal-identità, tas-soċjetà u tal-ekonomija Maltija – iżda dan mhux f’sens insulari u magħluq – imma f’kuntest ta’ pajjiż sovran fl-Unjoni Ewropea, li jipproġetta preżenza importanti fil-Mediterran, u li kapaċi jikkontribwixxi anki fl-isfera tan-Nazzjonijiet Uniti kif ġa’ għamilna mill-kisba tal-Indipendenza ’l hawn. Insemmi, bħala eżempji, il-kontribut li taw professuri ta’ din l-Università biex tinħoloq kuxjenza fid-dinja favur il-protezzjoni talbaħar bħala wirt komuni tal-umanità, favur il-ħarsien tal-anzjani, u favur azzjoni konkreta biex id-dinja tieħu t-tibdil fil-klima bis-serjetà. 4 Irrid nerġa’ nenfasizza li l-kontribut li għandha tagħti università bħal tagħna m’għandux jitqies biss fuq bażi tan-numru ta’ studenti, jew tan-numru u talfirxa ta’ korsijiet ġodda. Dan importanti, iżda mhux biżżejjed. L-importanza tal-kontribut li qiegħda tagħti din l-Università m’għandhiex titqies biss binnumru ta’ proġetti internazzjonali ta’ riċerka li nipparteċipaw fihom, jew blammont ta’ flus li jirnexxilna nġibu għal proġetti jew infrastruttura tar-riċerka. Iva, dan ukoll importanti ħafna, iżda dan ukoll mhux biżżejjed. Fl-aħħar millaħħar din l-Università għad tiġi meqjusa fuq bażi ta’ kemm jirnexxilha tkompli tinfluwenza t-tmexxija ta’ dan il-pajjiż fl-isferi soċjali u ekonomiċi kollha biex, bħala membru fl-Unjoni Ewropea, Malta tibqa’ sostenibbli u sovrana, kapaċi tikkontribwixxi b’wiċċha minn quddiem fi sfera internazzjonali, kapaċi tilqa’ lisfidi ta’ għada. U fuq din in-nota nixtieq ngħid kelmtejn bl-Ingliż għax huwa importanti li niftakru li għandna studenti barranin fostna, li llum nistidinkom tilqgħuhom magħna bil-qalb kollha. Grazzi. ______________________________________________ Dear international freshers, it is my pleasure to welcome you to the University of Malta and I thank you for patiently listening to my speech which I delivered in Maltese in accordance with established tradition. This said, I cannot let this occasion pass without addressing you in particular, and I congratulate and thank you for choosing this University for your studies. Today, you join a long line of students spanning nearly 420 years as you embark on a journey of discovery, a journey in a foreign country, which despite its size, has managed to gain its sovereignty, and today projects its distinct Mediterranean identity within the European ideal. Hitherto, this university has played a major role in unfolding the Maltese ethos, and as your alma mater continues its gradual transformation into what is known as a modern-day 3rd Generation University, its mission continues to extend beyond teaching and research, and beyond our shores, to directly support sustainable social and economic development within its expanding sphere of influence. I understand the challenge you face and the excitement of leaving your homeland to pursue studies abroad. Settling down in a foreign country whilst delving into one’s study or research programme is a challenge, but, I assure you that you will soon cherish your stay with us. I believe that the experience you bring with you from your respective backgrounds and respective countries enriches the cultural and intellectual milieu on campus. Indeed this University cannot aspire to achieve its goals 5 without the international dimension you bring, and I hope that through your example, more and more Maltese students will choose to spend time studying or on exchange in other universities abroad. Please do not hesitate to seek the assistance of the International Students Office should the need arise, and please note that Professor Mary-Anne Lauri, the Pro-Rector in charge of Student and Institutional Affairs, and Dr. Maureen Cole, my delegate in charge of International Student Wellbeing, are available to assist you. As you can see, judging by the number of cranes and workmen on campus, the University is investing significantly in upgrading its facilities and in scaling up its capacity. I am delighted to announce that this year our students will start to benefit from the use of state-of-the-art facilities in our ICT Services Centre which will be officially inaugurated presently. Work is progressing steadily on the construction of an extension of the Faculty of Economics Management and Accountancy and the Faculties of Laws and Theology respectively. I am looking forward to seeing the construction of the new building to house the Faculty of ICT picking up pace as we continue to resolve the technical and administrative challenges that this project has brought with it. This summer we have also started work to build two new floors on the Biomedical Sciences building. These are intended to consolidate and expand our wet-laboratory facilities and to create the right environment to enhance our research programmes in genetics, biotechnology and pharmaceutical sciences, to complement the development of the Life Sciences Park close to our campus. In the meantime, last year we started to install and use new state-of-the-art equipment in a broad spectrum of disciplines ranging from materials and physical sciences, the life sciences, engineering and ICT. These have helped us launch research projects which hitherto have been inaccessible to us. The enhanced and upgraded facilities which were funded through European Regional Development Funds and Government investment are also proving instrumental for the University to create strong research collaboration with industry. The very fact that CNRS – the French national research council in charge of Scientific Research – chose to set up its Mediterranean regional office in the University of Malta testifies to the fact that not only is our work being recognised internationally, but also, that the University of Malta’s regional role is valorised and respected. This year, I am also proud to announce the launch of our fourth International Masters Programme being held at the Valletta Campus, namely the MA in Transcultural Counselling in collaboration with the University of Maryland. I am pleased that there are excellent prospects for more collaborative Masters 6 programmes to be launched with other US and European partners in the coming years. The increasing range of partnerships with world-class international counterparts continues to enhance the prestige and standing of this University, even if this is not always recognised locally. Given or, dare I say, despite, our limited resources, some less than flattering episodes in our history, which most would rather forget, and our colourful and at times tiring socio-political context, this University continues to punch way above its weight… continues to set ambitious targets… continues to deliver. There is so much more I can say and announce, but, I don’t want to push your patience… nor my luck! So without further ado, I would like to sincerely welcome you all – academics, support staff, and local and international students - to a productive and fruitful year. Let us always seek to excel… and let us carry our legacy with pride! 03.10.11 7